view archived article

view original article

 

Fil-Jiem li ghaddew sar il-ftuh ufficjali tas-sit il-gdid tal-Hal Far Model Flying Association mis-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport Chris Agius fil-prezenza tal-President tal-klabb Arthur Napier fost l-ohrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt l-indirizz tieghu spjega l-intoppi li ntaqghu maghhom fil-mixja sabiex l-assocjazzjoni tinghata dan is-sit minn fejn tista’ topera. Filfatt l-akbar ostaklu kien il-fatt li l-art tinsab f’zona industrijali. Huwa qal li b’rieda tajba minn diversi partijiet intlahaq ftehim b’sodisfazzjoni kbir ghan-numru ta’ dilettanti fi hdan il-klabb. Semma ukoll li fl-isport ma ghandix tidhol il-politika u li l-gurnata tallum tixhed ezattament dan. Huwa kompla jghid li qieghed jipprova jghin sabiex jintlahqu t-talbiet kbar li qed isiru minn diversi assocjazzjonijiet, ghalkemm dan ma jkunx dejjem possibli.

Il-President tal-assocjazzjoni Arthur Napier semma l-importanza tal-MoU li kien iffirmat ma’ SportMalta. Napier esprima s-sodisfazzjon li l-klabb wasal s’hawn u rringrazzja b’mod partikolari lill-perit li ghen lill-assocjazzjoni. Intant Pierre Bonello, segretarju tal-assocjazzjoni fisser din il-gurnata bhala wahda storika li biha l-assocjazzjoni regghet inghaqdet u ssahhet. Huwa sostna li kien importanti li l-istakeholders bhall-Malta Enterprise kienu involuti sa mill-bidu nett u llkoll gibdu habel wiehed.

Indirizzaw lil dawk prezenti wkoll George Borg Marks, id-direttu tal-Avjazzjoni Civili, Dr Lucianno Busuttil chairman ta SportMalta u David Agius il-kelliem tal-oppozizzjoni ghall-isport.

Sportmalta