view archived article

view original article

 

Infetaħ is-sit il-ġdud tal-Ħal Far Model Flying Association, mis-Segretarju Parlamentari għall-iSport Chris Agius, fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni, Aurthur Napier, fost oħrajn.

Fl-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega l-intoppi li ltaqgħu magħhom fil-mixja biex l-Assoċjazzjoni tingħata dan is-sit. L-ikbar ostaklu kien il-fatt li lart tinsab f’żona industrijali.

Arthur Napier semma l-importanza tal-Memorandum of Understanding li kien iffirmat ma’ SportMalta. Esprima s-sodisfazzjon li l-Assoċjazzjoni waslet s’hawn u rringrazzja b’mod partikolari lill-Perit li għen lill-Assoċjazzjoni.

Indirizzaw lil dawk preżenti wkoll George Borg Marks, id-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili, Luciano Busuttil Chairman ta’ SportMalta u David Agius il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-isport.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo

Newsbook