Passatemp fl’arju li jferraħ ħafna nies
Il-klabb ‘Hal Far Model Flying Association’ ikkomemora t-tieni sena minn meta reġa beda juża l-art ġo Ħal Far għal skop ta’ titjir ta’ mudelli tal-ajruplani billi organizza ‘scale meet’.
L-attività ġġenerat attendenza sabiħa minn membri, familji u ħbieb. Kien hemm atmosfera ta’ ferħ u l-ikel u x-xorb ma naqasx. Intwerew diversi repliċi ta’ ajruplani u peress li t-temp ippermetta, kien hemm titjir ukoll; biex kompla żied mal-eċitament.
Waħda mill-attrazzjonijiet principali kienet mudell tal-klabb, Piper J-3 Cub ta’ skala 1/3 li reġa tar wara diversi xhur li ma kienx fi stat li jista jtir.
Il-klabb, l-HFMFA jikkonsisti f’madwar 120 membru attiv u twaqqaf fl-1989. Il-klabb jista jiġi kkuntatjat fuqinfo@hfmfa.com